News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
10 ta' Novembru 2025
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta organizza s‑seminar annwali tiegħu dwar l‑istabbiltà finanzjarja nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru, f’Binja Laparelli.
-
29 ta' Ottubru 2025
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f'Settembru, ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali ssaħħet fuq ix-xahar ta’ qabel u kienet f’livell ogħla mill-medja storika.
-
23 ta' Ottubru 2025
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika aġġornamenti għad-Direttiva Nru 14 dwar it-Twaqqif u l-Operat tar-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu u d-Direttiva Nru 15 dwar is-Superviżjoni tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu.
-
22 ta' Ottubru 2025
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) għall-2025 li saru f'Washington D.C. bejn it-13 u t-18 ta' Ottubru.
-
20 ta' Ottubru 2025
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta nieda konsultazzjoni pubblika dwar il‑proposta biex jiddaħħlu għadd ta' emendi għad‑Direttiva Nru 19 tal-Bank sabiex jinkoraġġixxi l‑użu ta' metodi alternattivi ta' pagament biex iċ-ċekkijiet jiġu f'konformità ma' metodi ġodda ta' pagament li qed jevolvu, u żviluppi regolatorji riċenti.