News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
23/10/2025 10:52:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 14 u d-Direttiva Nru 15
Il-Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika aġġornamenti għad-Direttiva Nru 14 dwar it-Twaqqif u l-Operat tar-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu
u d-Direttiva Nru 15 dwar is-Superviżjoni tal-Aġenziji ta' Referenza tal-Kreditu
.
Bħala parti mill-proġett CCRv2, id-Direttiva emendata Nru 14 tespandi l-lista ta' istituzzjonijiet ta' rappurtar tar-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu sabiex tinkludi:
- istituzzjonijiet finanzjarji; u
- korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji;
li jżommu skoperturi li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji deskritti fid-Direttiva.
L-ewwel obbligu ta' rappurtar għal dawn l-istituzzjonijiet ta' rappurtar maħtura ġodda ser jibda wara perjodu ta' tħejjija li ma jaqbiżx is-sitt xhur mil-lum. Matul dan il-perjodu ta' tħejjija, dawn l-istituzzjonijiet ta' rappurtar huma mistennija li jistabbilixxu l-oqfsa operattivi, tekniċi u ta' konformità meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar. Ladarba l-perjodu ta' tħejjija jikkonkludi, l-obbligi ta' rappurtar kif stabbiliti fid-Direttiva Nru 14 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha ta' rapportar.
Id-Direttiva emendata Nru 15 tintroduċi bidla li tippermetti lill-aġenziji ta' referenza tal-kreditu jużaw data granulari anonimizzata pprovduta mill-Bank fl-iżvilupp jew fil-forniment ta' prodotti relatati mal-valutazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja, inkluż għal finijiet ta' parametru referenzjarju u monitoraġġ. Dan huwa permess bil-kundizzjoni li l-aġenziji jiżvelaw pubblikament il-metodoloġiji użati fil-ħruġ tat-tali prodotti.
Barra minn hekk, iż-żewġ Direttivi ġew riveduti biex jindirizzaw l-avvanzi teknoloġiċi u d-domanda dejjem tikber għad-data. Dan it-titjib għandu l-għan li jtejjeb il-ġbir u t-tixrid tad-data, u fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja kemm għall-kontropartijiet prospettivi kif ukoll għal dawk eżistenti.
Lura lejn l-Arkivju