News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
16 ta' Ottubru 2025
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tielet kwart tal‑2025, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju fl-ekonomija tjiebu iżda bi prestazzjoni varjata fost is-setturi.
-
09 ta' Ottubru 2025
Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tilqa’ l-aħħar aġġornament tal-Kodiċi Globali għas-Suq tal-Kambju ppubblikat f’Diċembru 2024.
-
07 ta' Ottubru 2025
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta, b'kollaborazzjoni ma' Germania Mint, kburi jħabbar li l‑munita Maltija ta' €10 tal‑fidda tal‑2024 'In-Naħla Maltija' rebħet il‑premju prestiġjuż tal-2025 tal-Munita tas‑Sena (COTY) fil‑kategorija għall-aqwa Crown Coin.
-
03 ta' Ottubru 2025
Nhar l‑Erbgħa, l‑1 ta’ Ottubru, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f’konferenza ta’ livell għoli tal-Banek Ċentrali Mediterranji li saret fil‑Kajr, l‑Eġittu.
-
29 ta' Settembru 2025
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali tela’ ftit f’Awwissu u baqa’ madwar il-medja storika. L‑Indiċi tal-Bank dwar l-Inċertezza Politika Ekonomika, indikatur li jkejjel l‑inċertezza politika ekonomika billi jiġbor informazzjoni minn portals tal‑aħbarijiet Maltin, naqas iżda kompla jkun f’livell ogħla mill-medja storika.