News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
31 ta' Jannar 2024
F’ċerimonja li saret dalgħodu fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Gvernatur tal-Bank il-Professur Edward Scicluna ppreżenta munita tal-fidda bit-tema ‘Karnival ta’ Malta’ lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fl-okkażjoni tal-Karnival ta’ Malta li ser jittella’ fix-xahar ta’ Frar 2024.
-
29 ta' Jannar 2024
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Diċembru, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien f'livell kemxejn ogħla mill-medja storika.
-
29 ta' Jannar 2024
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, permezz tal‑Fond tiegħu, jinsab kburi jisponsorja il-wirja ‘Nucleus’, li qiegħda tittella’ fis‑Soċjetà Maltija għall‑Arti, Palazzo de La Salle fil‑Belt Valletta. Dan qed iseħħ fid‑dawl tal‑kontribut ta’ livell għoli tiegħu lejn is‑settur artistiku Malti, u l-isforz komuni tal-artisti parteċipanti lejn il-promozzjoni tal-arti bil-kuluri tal-ilma fost l-artisti żgħażagħ futuri.
-
24 ta' Jannar 2024
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fir-raba’ kwart tal‑2023, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju naqas meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Dan kien fil-livell ta’ 35%, tnaqqis minn 44% fit-tielet kwart tas-sena. Kollox ma’ kollox, il-kundizzjonijiet kienu inqas pożittivi minn qabel fil-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi, ħlief fis-servizzi fejn kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet.
-
22 ta' Jannar 2024
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta bi pjaċir iħabbar li ngħata l‑Marka tal‑Ugwaljanza mill‑Kummissjoni Nazzjonali għall‑Promozzjoni tal‑Ugwaljanza (NCPE).