News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
29/01/2024 09:00:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jisponsorja l-wirja Nucleus 2024
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta, permezz tal‑Fond tiegħu, jinsab kburi jisponsorja il-wirja 'Nucleus', li qiegħda tittella' fis‑Soċjetà Maltija għall‑Arti, Palazzo de La Salle fil‑Belt Valletta. Dan qed iseħħ fid‑dawl tal‑kontribut ta' livell għoli tiegħu lejn is‑settur artistiku Malti, u l-isforz komuni tal-artisti parteċipanti lejn il-promozzjoni tal-arti bil-kuluri tal-ilma fost l-artisti żgħażagħ futuri.
'Nucleus' tiġbor flimkien il-xogħlijiet tal-arti bil-kulur tal-ilma ta' sitt artisti Maltin famużi u magħrufin sew: Jeni Caruana, Debbie Caruana Dingli, Anna Galea, Anna Grima, Tonio Mallia, u Kenneth Zammit Tabona.
Fil-11 ta' Jannar, Dr. Pauline Lanzon, membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta' Malta, attendiet l-avveniment tal-ftuħ tal-wirja kkoordinata minn Caroline Miggiani.
Ix-xogħlijiet tal-artisti Tonio Mallia u Kenneth Zammit Tabona joħolqu pajsaġġi drammatiċi u mhux mistennija, filwaqt li l-kuluri tal-ilma ta' Debbie Caruana Dingli huma sintesi sensittiva ta' nies f'armonija man-natura. Ix-xbihat ta' Jeni Caruana jikkonfrontaw lill-udjenza bid-dehra sinifikanti, u Anna Galea tonora n-natura fl-istil uniku u kkontrollat ħafna tagħha. L-istudji ta' Anna Grima dwar il-flora lokali indiġena u mhedda saru fl-ispirtu ta' inkjesta u ekoloġija, hekk kif hi laqgħet l-irwol doppju ta' artista u naturalista.
'Nukleus' tibqa' miftuħa fil-Palazzo de La Salle fil-Belt Valletta sal-1 ta' Frar 2024. Il-pubbliku ġenerali jista' jżur il-wirja mingħajr ħlas matul il-ġimgħa mid-9am sas-7pm, u s-Sibtijiet mid-9am sas-1pm.

Lura lejn l-Arkivju