News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
22/01/2024 08:20:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta kiseb il-Marka tal-Ugwaljanza mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta bi pjaċir iħabbar li ngħata l‑Marka tal‑Ugwaljanza mill‑Kummissjoni Nazzjonali għall‑Promozzjoni tal‑Ugwaljanza (NCPE).
Il‑premju lill‑Bank Ċentrali ta' Malta jfisser l‑impenn veru tal‑Bank biex jimplimenta politiki u prattiki rilevanti li jrawmu ambjent tax‑xogħol b'saħħtu, ħieles minn kwalunkwe diskriminazzjoni kif ukoll prova tanġibbli tal‑impenn tal‑Bank lejn l‑impjegati tiegħu. Din il‑kisba tirrikonoxxi wkoll l‑appoġġ tal‑Bank għall‑ugwaljanza bejn is‑sessi u l‑impenn tiegħu li jipprovdi miżuri favur il‑familja biex jiġi żgurat li l‑progress fil‑karriera, it‑tkabbir personali u l‑opportunitajiet għall‑iżvilupp ikunu miftuħa għall‑impjegati kollha, irrispettivament mill-ġeneru jew mir‑responsabbiltajiet tagħhom ta' kura.
Il‑Bank jimpjega 387 impjegat/a li minnhom 181 huma nisa. In‑nisa huma rappreżentati wkoll fl‑ogħla gradi eżekuttivi. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għandu fis-seħħ diversi miżuri favur il‑familja, fosthom is-sigħat imnaqqsa ta' xogħol, il-ħin flessibbli, l-arranġamenti ta' xogħol flessibbli, it‑teleworking u l‑ugwaljanza fil‑pagi.
L-NCPE tagħti dan iċ-ċertifikat lil dawk l-organizzazzjonijiet li juru impenn lejn l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-logo tal-Marka tal-Ugwaljanza ġie ddisinjat biex jiddistingwi lill-impjegaturi ċertifikati li joffru opportunitajiet indaqs.

Ritratt: Veronica Sant
Lura lejn l-Arkivju