News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
31 ta' Diċembru 2020
B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, fis-7 ta’ April 2020, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li b’mod temporanju jippermetti estensjoni tal-oqfsa ta’ Talbiet ta’ Kreditu Addizzjonali (l-‘oqfsa tal-ACC’) bil-possibbiltà għall-banek ċentrali nazzjonali li jinkludu self sostnut minn garanziji tas-settur pubbliku relatati mal-COVID-19 lil kumpaniji, SMEs, ħaddiema self-employed, u lill-individwi.
-
29 ta' Diċembru 2020
Il-President ta’ Malta, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, ħatar lill-Professur Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
-
28 ta' Diċembru 2020
-
23 ta' Diċembru 2020
Għal darb’oħra l-Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) – did-darba ta’ €42,000.
-
22 ta' Diċembru 2020
Permezz tal-artikolu 24A tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, Kapitlu 204 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-bank) ħareġ Direttiva ġdida Nru 15 dwar is-Superviżjoni tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu.