News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
21 ta' Diċembru 2020
Il-biċċa l-kbira tad-data rrappurtata f’din il-ħarġa tal-Aġġornament Ekonomiku tirreferi għal Ottubru 2020 u tirrifletti ż-żieda mill-ġdid fil-każijiet tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri ta' trażżin.
-
21 ta' Diċembru 2020
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) illum ippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 11 dwar il-Politika makroprudenzjali.
-
18 ta' Diċembru 2020
L-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta daħal fis seħħ fit 22 ta’ Settembru 1970 “sabiex jitwaqqfu u jinżammu forzi armati f’Malta u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk u anċillari għal hekk”. B’dan l istrument, Malta setgħet twaqqaf l armata permanenti tagħha.
-
11 ta' Diċembru 2020
Fis-27 ta’ Frar 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tar-Regolament tal-BĊE li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-BĊE tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-pagamenti (BĊE/2013/43), li jaġġorna r-rekwiżiti għall-ġbir u r-rappurtar tal-istatistika tal-pagamenti.
-
11 ta' Diċembru 2020
Fid‑dawl tas‑sitwazzjoni pandemika, li kompliet tiżviluppa matul dawn l‑aħħar xhur, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) jistenna li l‑prodott domestiku gross (PDG) jonqos b'7.5% din is‑sena, u sussegwentement jikber b'5.9% fl‑2021, b'4.4% fl‑2022, u b'4.2% fl‑2023.