Permezz tal-artikolu 24A tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, Kapitlu 204 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) ħareġ Direttiva ġdida Nru 15 dwar is-Superviżjoni tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu. Id-Direttiva Nru 15 tistabbilixxi r-regoli dwar is-superviżjoni tal-aġenziji ta’ referenza tal-kreditu liċenzjati taħt ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (L.S.441.07) għall-ħruġ ta’ evalwazzjonijiet ta’ kreditu.
Fl-istess waqt, saru wkoll emendi fid-Direttiva Nru 14 dwar ir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu, li issa tinkludi numru ta’ obbligi fuq l-aġenziji ta' referenza tal-kreditu b’rabta mal-aċċess tagħhom għal informazzjoni mir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu.
Id-Direttiva Nru 15 li għadha kif inħarġet u l-emendi li saru fid-Direttiva Nru 14 għandhom japplikaw mit-22 ta’ Diċembru 2020.
Id-Direttivi msemmijin hawn fuq jinsabu hawn.