News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
03 ta' Novembru 2020
Id-diskors ewlieni waqt workshop virtwali li ser jiġi organizzat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta sabiex iniedi l-pubblikazzjoni annwali tiegħu tar-Research Bulletin ser jinkludi preżentazzjoni dwar il-kriżi tar-refuġjati fl-Ewropa bit-titlu ‘Border policies and unauthorised flows’.
-
21 ta' Ottubru 2020
Il‑biċċa l‑kbira tad‑data rrappurtata f’din il‑ħarġa tal‑Aġġornament Ekonomiku tirreferi għal Awwissu 2020, u għalhekk tirrifletti l‑effetti tat‑tneħħija ta’ miżuri ta’ trażżin relatati mal‑COVID‑19 minn Mejju. Madankollu, mid‑19 ta’ Awwissu, wara żieda fl‑infezzjonijiet, ġew introdotti mill‑ġdid diversi miżuri ta’ trażżin li jaffettwaw l‑aktar lis‑settur tad‑divertiment.
-
20 ta' Ottubru 2020
Flimkien ma’ diversi aġenziji nazzjonali u internazzjonali ta’ statistika, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed ifakkar il‑Jum Dinji tal‑Istatistika fl‑20 ta’ Ottubru 2020.
-
15 ta' Ottubru 2020
Artiklu minn Dr Mario Vella, Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, kif ippubblikat fit‑Times of Malta u f’The Malta Business Weekly fil‑15 ta’ Ottubru 2020.
-
09 ta' Ottubru 2020
X’jista’ jkun il-futur tal-attivitajiet bankarji għall-konsumatur wara l-COVID-19? Dan hu s-suġġett ta’ webinar fuq TEAMS organizzat mill-Bank Ċentrali ta' Malta ma’ John Cassar White, li mill-esperjenza bankarja tiegħu ta’ għexieren ta’ snin ser jagħti tweġibiet b’għarfien kritiku għal mistoqsija li bosta qegħdin isaqsu.