News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

23/12/2020

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jagħti donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation

Għal darb’oħra l-Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) – did-darba ta’ €42,000.

Għalkemm ħadd mill-Bank mhu ser jattendi għall-Istrina ta’ din is-sena, il-Bank jibqa’ impenjat li jgħin lill-Fondazzjoni fix-xogħol importanti tagħha, partikolarment din is-sena meta tħassru ħafna mill-avvenimenti tagħha ta’ ġbir.

Il-Bank normalment ikopri l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tal-impjegati tiegħu fil-Fun Run, filwaqt li jorganizza wkoll dress down day, li l-ebda waħda minnhom ma saret, apparti li żied l-ammont. Barra minn hekk, il-Klabb Soċjali tal-Bank ta bħala donazzjoni l-ammont li kien ser jintefaq fuq avvenimenti għall-impjegati matul is-sena. Il-Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali ġabar ukoll is-somma ta’ €925 mill-impjegati għal Pink October/Movember li wkoll qiegħda tiġi ppreżentata lill-MCCFF.

Id-donazzjoni tifforma parti mill-Programm wiesa’ ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Bank.

L-Istrina 2020

Iċ-ċekk ‘simboliku’ kien ippreżentat f’isem il-Bank. Mix-xellug għal-lemin: Ms Marlene Mizzi, il-president tal-Fondazzjoni u l-ET ll-President ta’ Malta George Vella.

Lura lejn l-Arkivju