News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
24 ta' Ottubru 2023
F’Binja Laparelli tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta tlaqqgħet is-sbatax-il konferenza organizzata mid‑Dipartiment tar‑Riċerka Ekonomika tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ DSGE-net, u l-proġett Dynare f’CEPREMAP.
-
20 ta' Ottubru 2023
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tielet kwart tal‑2023, proporzjon nett ta’ 44% tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju żdied meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel (34%).
-
18 ta' Ottubru 2023
L-edizzjoni tal-2023 tal-muniti tad-deheb (bullion) bit-titlu 'Melita', maħruġa għall-ewwel darba fl-2018, tnediet fit-18 ta' Ottubru 2023. Dawn il‑muniti huma r‑riżultat ta' proġett ta' kollaborazzjoni bejn il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Lombard Bank Malta plc.
-
16 ta' Ottubru 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, bħala Gvernatur għall‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u Gvernatur Alternattiv għall‑Grupp tal-Bank Dinji (WBG), ipparteċipa fil‑Laqgħat Annwali tal‑FMI/WBG.
-
10 ta' Ottubru 2023
F’Settembru 2009, il-Parlament Ewropew ħareġ ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2560/2001.