News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
14 ta' Novembru 2023
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għal darb'oħra wera l‑impenn tiegħu lejn kawżi tas-soċjetà. Fl-okkażjoni tal-Pink October u Movember, il‑Bank ingħaqad ma' diversi organizzazzjonijiet u individwi biex iqajjem kuxjenza akbar u jiġbor fondi b'risq dawn il‑kampanji.
-
10 ta' Novembru 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kien fi Brussell flimkien mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, u sitt Gvernaturi oħra tal-banek ċentrali mill-Eurosistema għall-inawgurazzjoni tad-Dar tal-Euro li saret il-Ħamis 9 ta’ Novembru 2023.
-
09 ta' Novembru 2023
L‑ekonomija Maltija kibret b'ritmu inqas mgħaġġel meta mqabbla mal-kwart ta' qabel. Meta wieħed jaġġusta għall-importazzjoni, id-domanda domestika kellha impatt newtrali fuq it-tkabbir fil-prodott domestiku gross (PDG), filwaqt li l-esportazzjoni kellha effett pożittiv.
-
03 ta' Novembru 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, żar il‑Kulleġġ Malti għall‑Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) fejn indirizza lill-għalliema u l-istudenti mill-Institute of Business Management & Commerce (IBMC) u spjega l-irwol tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kemm bħala parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali kif ukoll fuq livell nazzjonali.
-
31 ta' Ottubru 2023
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f’Settembru, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kiber marġinalment u kien f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika.