News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
28 ta' Novembru 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Ottubru, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kiber marġinalment u baqa’ f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika.
-
24 ta' Novembru 2023
Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, indirizza lill-mistednin waqt l-ikla annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.
-
24 ta' Novembru 2023
Il-Ħamis 23 ta' Novembru 2023, ir-Research Department tal-Bank Ċentrali ta' Malta organizza Workshop ta' Riċerka ta' nofstanhar biex matulu nieda s-sitt edizzjoni tar-Research Bulletin annwali. Din hija l-pubblikazzjoni ewlenija tar-riċerka annwali tal-Bank intiża biex turi r-riċerka li ssir mil-Bank tkun disponibbli għal udjenza usa'.
-
24 ta' Novembru 2023
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑aħħar Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja. L-analiżi f'dan ir-Rapport, li tkopri l-ewwel nofs tas-sena, tosserva li s-settur finanzjarju f'Malta baqa' sod u dan minkejja inċertezza globali makroekonomika, riskji ġeopolitiċi elevati, u volatilità fis‑swieq internazzjonali.
-
24 ta' Novembru 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, flimkien ma’ uffiċjali għolja mill‑Bank iltaqa’ ma’ delegazzjoni mill‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà mmexxi mid‑Direttur Maniġerjali tiegħu Mr Pierre Gramegna. Din il-laqgħa saret fit-22 ta’ Novembru 2023 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.