News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

10/10/2023 12:15:00

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta joħroġ id‑Direttiva Nru 20 dwar il‑Pagamenti Transkonfinali

F'Settembru 2009, il-Parlament Ewropew ħareġ ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2560/2001. Dan seħħ bil-għan li jiffaċilita t-tranżazzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea. Għall‑finijiet tal‑Artikolu 9 ta' dan ir‑Regolament, il‑Bank Ċentrali ta' Malta nħatar bħala l‑awtorità kompetenti. Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 ġie emendat sostanzjalment diversi drabi u, sabiex jinftiehem aħjar, dan ir-Regolament ġie kkodifikat fir-Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2021 dwar il-pagamenti transkonfinali fl-Unjoni.

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 20 dwar il‑Pagamenti Transkonfinali li tistipula li l‑Bank jibqa' l‑awtorità kompetenti għall‑finijiet tar‑Regolament (UE) 2021/1230.

Lura lejn l-Arkivju