News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

24/11/2023 07:52:00

Il-Gvernatur Scicluna jiltaqa’ mad-Delegazzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà mmexxija mid-Direttur Maniġerjali Mr Pierre Gramegna

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, flimkien ma’ uffiċjali għolja mill‑Bank iltaqa’ ma’ delegazzjoni mill‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà mmexxi mid‑Direttur Maniġerjali tiegħu Mr Pierre Gramegna. Din il-laqgħa saret fit-22 ta’ Novembru 2023 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna ma’ Mr Pierre Gramegna, Direttur Maniġerjali tal-MES
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna ma’ Mr Pierre Gramegna, Direttur Maniġerjali tal-MES

Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà huwa organizzazzjoni intergovernattiva stabbilita mill-istati membri taż-żona tal-euro fl-2012. Il-missjoni tagħha hija li tippermetti lill-pajjiżi taż-żona tal-euro jevitaw u jegħlbu l-kriżijiet finanzjarji u li jżommu l-istabbiltà finanzjarja fit-tul u l-prosperità.

Malta hija membru fundatur tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà li ħa post il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja preċedenti. Iż-żewġ fondi għenu lill-pajjiżi membri taż-żona tal-euro jegħlbu l-kriżijiet Ewropej.

Ritratt tal-Grupp
Ringiela t’isfel mix-xellug: Ms Nicoletta Mascher, Kap tal-MES għas-Settur Finanzjarju u l-Analiżi tas-Suq, Mr Kalin Anev Janse, Uffiċjal Kap Finanzjarju tal-MES, Mr Pierre Gramegna, Direttur Maniġerjali tal-MES, il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u Mr Nicola Giammarioli, Segretarju Ġenerali tal-MES
Ringiela ta’ fuq mix-xellug: Id-Deputat Gvernatur, Mr Alexander Demarco,
u d-Deputat Gvernatur, Mr Oliver Bonello

Ritratti: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju