About Us

Postijiet vakanti

Bħala parti mill‑istrateġija tal‑iżvilupp tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta b’mod regolari jistieden lill‑individwi li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali ta' livell għoli u li huma interessati f'impjieg mal‑Bank, biex jirreġistraw dan l‑interess. Il‑kwalifiki mfittxija mill‑Bank huma lawrji mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni tajba fl‑oqsma tal‑Ekonomija, l‑Ekonometrika, is‑Servizzi Bankarji u l‑Finanzi, l‑Istatistika, l‑ICT u dixxiplini relatati. Applikanti li huma interessati f'karriera fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta huma għalhekk mitluba jibagħtu bl‑email  CV dettaljat, fejn jindikaw l‑oqsma tal‑kompetenza tagħhom u l‑interessi tagħhom fir‑rigward tal‑karriera.

Kwalunkwe data personali għandha tiġi pproċessata skont ir‑rekwiżiti tal‑leġiżlazzjoni lokali u tal‑UE applikabbli dwar il‑protezzjoni tad‑data inkluż ir‑Regolament Ġenerali dwar il‑Protezzjoni tad‑Data (Regolament (UE) 2016/679) magħrufa bħala “GDPR”. Kwalunkwe data personali ser tkun viżibbli biss għal numru limitat ta' impjegati tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta u ser tintuża biss għal skopijiet ta’ reklutaġġ. Il‑perjodu ta’ żamma ta’ din id‑data personali huwa skont l‑istrateġija ta' żamma tad‑dokumenti tal‑Bank. Il-kandidati li jissottomettu applikazzjoni għal impjieg mal-Bank Ċentrali ta' Malta għalhekk qed jagħtu l‑kunsens tagħhom biex id‑data personali tagħhom tiġi pproċessata mill-bord tal-għażla maħtur rispettiv biex jevalwa l-eliġibilità tal-kandidati għall-pożizzjoni li għaliha saret l-applikazzjoni. Skont il‑GDPR, l‑applikanti għandhom dritt ta' aċċess u ta’ portabilità tad‑data personali tagħhom, kif ukoll id‑dritt li jirrettifikaw, iħassru u jirrestrinġu d‑data personali tagħhom u li joġġezzjonaw għall‑ipproċessar u kif ukoll id‑dritt li jirtiraw il‑kunsens tagħhom. Ilmenti dwar il‑protezzjoni tad‑data jistgħu jintbagħtu wkoll lill‑Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Informazzjoni u l‑Protezzjoni tad‑Data permezz tas‑sit elettroniku  www.idpc.org.mt.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa impjegatur inklussiv u jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn kandidati irrispettivament mis-sess tagħhom, l-identità tal-ġeneru, l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon, id-diżabilità jew karatteristiċi oħra.

Il-BĊM joffri opportunijiet tax-xogħol indaqs


  • 1089B/2025

    Manager Human Resources Department

    The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Manager Human Resources Department. To lead the Human Resources Department and contribute strategically to the development and implementation of the Bank's people strategy. The incumbent is responsible for ensuring the effective delivery of comprehensive human resources services, fostering a culture of high performance, integrity, inclusion and continuous improvement, and enabling the Bank to attract, develop, engage and retain the talent required to achieve its objectives. The incumbent will provide advice to senior management and ensure that all human resources policies, practices and decisions comply with applicable Maltese employment legislation, collective agreements, data protection requirements and the Bank's governance framework.

  • 877C/2025

    Officer Operations – Financial Market Infrastructure and Payments Office

    The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Officer Operations – Financial Market Infrastructure and Payments Office. To work within a team of officers responsible for the effective and efficient running of operational functions, including TARGET Services, SEPA, SWIFT, cashiering and other retail banking operations. Operations officers may be requested to participate in ESCB working groups, perform their duties in extended working hours, and may specialise in specific areas of competence.