About Us

Programm ta’ Studju, Żvilupp, Riċerka u Tagħlim

Il‑Bank jipprovdi sussidju lill-impjegati li jixtiequ jsegwu żvilupp personali f'oqsma approvati mill‑Bank.

1.  Sussidju għal studju full‑time barra minn Malta fuq livell ta' Masters u Dottorat

L‑għan hu li l-impjegati jiġu mħajrin isegwu studji fil-livell ta' dottorat u postgradwatorju f'universitajiet barranin ta' reputazzjoni tajba, f'oqsma identifikati mill‑Bank. Il‑Bank jipprovdi somma fissa, li għandha tkopri l‑miżati tat‑tagħlim, l‑ispejjeż tal‑ivvjaġġar u tal‑akkomodazzjoni u l-għajxien ta'kuljum. Impjegati li jingħażlu fit‑termini ta' dan il‑programm jingħataw permess uffiċjali ta' leave of absence mingħajr paga, għall‑perjodu tal‑istudji tagħhom.

2.  Sussidju għal studju permezz ta' distance learning

L‑Iskema tgħin lill‑impjegati li jixtiequ jżidu l‑impjegabbiltà tagħhom ġewwa u barra l‑Bank permezz ta' distance learning jew parteċipazzjoni f'taħriġ part‑time għal kwalifiki rikonoxxuti u approvati mill‑Bank. L‑Iskema tikkonsisti f'self mingħajr imgħax, flimkien ma' kanċellament tas‑self stabbilit minn qabel għal programmi ta' studju meqjusa ta' rilevanza diretta għall‑Bank (ikklassifikati bħala oqsma ta' prijorità u oqsma sekondarji).