Opportunitajiet ta’ taħriġ
Hija fil-kultura tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li ninvestu kontinwament fl-iżvilupp tal-impjegati tagħna.
Kull sena, il-Bank ifassal Programm għat-Taħriġ u l-Iżvilupp li jgħin lill-impjegati jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jaħdmu fuq livell professjonali.
Il-biċċa l-kbira tal-korsijiet ta’ taħriġ huma pprovduti internament minn uffiċjali għolja tal-Bank jew jiġu ddelegati lil organizzazzjonijiet ta' taħriġ lokali jew barranin.