Payment Systems

TARGET2-Securities

Il-Bank Ċentrali ta' Malta, bħala parti mill-Eurosistema, kien involut fl-implimentazzjoni tat-TARGET2-Securities (T2S). L-iżvilupp u l-operat ta' din il-pjattaforma kienu fdati f'idejn erba' banek ċentrali, li huma d-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France, il-Banca d'Italia u l-Banco de España. It-T2S bdiet topera fit-22 ta' Ġunju 2015 u l-Bank Ċentrali ta' Malta, flimkien mal-Borża ta' Malta, kienu fost l-ewwel istituzzjonijiet li ssieħbu fis-sistema fl-ewwel grupp ta' migrazzjoni lejha.

Il-kunċett tat-T2S hu bbażat fuq il-"mudell integrat", li hu amalgamazzjoni ta' saldu, bi flus tal-banek ċentrali u ta' titoli fuq pjattaforma waħda fil-modalità ħlas mal-kunsinna (DvP). Il-bażi għal dan hi l-Pjattaforma Unika Komuni (SSP) tal-Eurosistema, li fuqha diġà qed titħaddem is-sistema ta' ħlas gross f'ħin reali (TARGET2).

It-T2S għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

  • hi proprjetà tal-Eurosistema u ġiet żviluppata u topera abbażi ta' rkupru ta' spejjeż;
  • tikkostitwixxi bidla infrastrutturali kbira għas-swieq finanzjarji tal-Ewropa li toħloq suq intern għas-saldu;
  • tagħmel is-swieq aktar siguri u aktar effiċjenti;
  • għandha pjattaforma tal-IT unika għas-saldu bażiku, newtrali u transkonfinali ta' titoli;
  • tnaqqas it-tariffi tas-saldu;
  • twettaq saldu DvP f'ħin reali bi flus tal-banek ċentrali;
  • tipprovdi lill-banek tfaddil sinifikanti f'garanzija u likwidità;
  • tinkludi pjattaforma ta' ħafna muniti;
  • tagħti servizz lid-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli (CSDs), iżda mhijiex CSD;
  • toffri firxa sħiħa ta' benefiċċji mhux biss f'termini ta' ffrankar ta' prezzijiet u garanzija, iżda wkoll f'termini ta' tnaqqis tar-riskju, ir-razzjonalizzazzjoni tal-back office, żieda fil-kompetizzjoni u opportunitajiet ġodda ta' negozju.

Aktar informazzjoni dwar it-T2S tinsab hawn.