About Us

Struttura tat-Tmexxija

L‑istruttura tat‑tmexxija tal‑Bank għandha tliet livelli distinti, speċifikament il‑governanza u t‑tmexxija strateġika, il‑politika, u t‑tmexxija operazzjonali.

  • Il‑Kumitat Eżekuttiv jiffoka fuq il‑governanza, id‑direzzjoni strateġika, l‑artikulazzjoni tal‑politika u s‑sorveljanza operazzjonali; hu ppresedut mill‑Gvernatur u jinkludi d‑Deputati Gvernaturi u ċ-Chief Officers. 
  • Il‑Kumitat għat‑Tmexxija, magħmul mill‑Kapijiet tad‑Dipartimenti, hu responsabbli għat‑tmexxija ta' kuljum tal‑operazzjonijiet tal‑Bank.

Barra dan, twaqqfu tmien diviżjonijiet bil‑ħsieb li jirriflettu aħjar ir‑rwoli strateġiċi tal‑Bank, u biex jallinjaw ir‑riżorsi u l‑kompetenzi mal‑kompiti ewlenin b'mod iżjed effikaċi.

Organisation Chart