News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
-
30 ta' Diċembru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta donazzjoni ta’ €12,000 lill-Istrina waqt l-avveniment ta’ ġbir ta’ fondi mtella’ mill-Malta Community Chest Fund fis-26 ta’ Diċembru 2019.
-
23 ta' Diċembru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika r-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2019 fejn jagħti ħarsa lejn l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja fl-ewwel nofs tal-2019.
-
20 ta' Diċembru 2019
In-numru ta’ persuni b’impjiegi full time żdied bi 11,185 bejn Lulju 2018 u Lulju 2019, skont ir-reġistru ta’ Jobsplus, żieda ta’ 5.4% fuq il-perjodu ta’ tnax-il xahar.
-
17 ta' Diċembru 2019
Divertiment garantit f’dan il-Milied għar-residenti tad-Dar tal-Providenza, grazzi għal kunċert organizzat mill-Fondazzjoni Bank Ċentrali ta’ Malta wara ftehim ta’ sponsorship għal sena li ġie ffirmat mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO).
-
16 ta' Diċembru 2019
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jistenna li t‑tkabbir ekonomiku jibqa’ mgħaġġel matul is‑snin li ġejjin u jkun f’medja ta’ 4.1% bejn l‑2019 u l‑2022.