News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
-
28 ta' Ottubru 2019
Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru 2019 saret lekċer pubblika fil-Bank Ċentrali ta’ Malta minn Dr Joseph Gravina bit-tema “Blasphemous rumours? From school to industry in post colonial Malta”.
-
21 ta' Ottubru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed iniedi r-raba’ munita kommemorattiva taż-€2 taħt il-programm ‘Mit-tfal b’Solidarjetà’, programm li ta lit-tfal tal-iskola ċ-ċans li jiddisinjaw munita.
-
18 ta' Ottubru 2019
F’Settembru, l-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju (Business Conditions Index, BCI) baqa’ l-istess meta mqabbel max-xahar ta’ qabel, iżda kompla jissuġġerixxi kundizzjonijiet kemxejn ogħla mill-medja.
-
16 ta' Ottubru 2019
Membru tal-Bord ta’ Amministraturi tal-Fondazzjoni Bank Ċentrali ta’ Malta stabbilit bħala professur ordinarju
-
15 ta' Ottubru 2019
L-emendi għad-Direttiva Nru 14 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar ir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu (id-Direttiva) saru f’termini tal-artikolu 24(2) tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204 tal-Liġijiet ta’ Malta).