News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
-
18 ta' Diċembru 2018
Fl‑4 ta' Mejju 2016, il‑Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jħalli barra mis-sensiela Europa l-karta tal-flus tal-€500, u l‑ħruġ ta' din id‑denominazzjoni se jieqaf għalkollox lejn tmiem l‑2018.
-
17 ta' Diċembru 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal-11 ta’ Diċembru 2018.
-
14 ta' Diċembru 2018
L-aħħar tbassir ekonomiku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipprevedi li matul is-snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni li jibqa’ b’saħħtu minn perspettiva storika.
-
12 ta' Diċembru 2018
It-Tlieta 11 ta’ Diċembru 2018 saret konverżazzjoni ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta mas-Sur Joseph R. Grima, ex-librar tal-Bank, bit-tema ‘Building a library for the Central Bank of Malta – my experiences’.
-
07 ta' Diċembru 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal Kummerċ, illum ikkonkluda programm ta’ taħriġ ta’ ġimgħa dwar il-flus u l-attività bankarja li sar għal disa’ bankiera ċentrali mill-Bank Ċentrali tal-Gambja.