News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
12/12/2018
Konverżazzjoni mas-Sur Joseph R. Grima
It‑Tlieta 11 ta’ Diċembru 2018 saret konverżazzjoni ġewwa l‑Bank Ċentrali ta’ Malta mas-Sur Joseph R. Grima, ex-librar tal-Bank, bit‑tema ‘Building a library for the Central Bank of Malta – my experiences’.
Il‑konverżazzjoni mas‑Sur Grima ffukat dwar il‑karriera twila tiegħu bħala librar ġewwa l‑Bank Ċentrali ta’ Malta, dwar l‑iżvilupp tal‑kollezzjoni tal‑librerija u dwar it‑twaqqif ta’ MaLia – il‑Malta Library and Information Association.
Il‑konverżazzjoni mas‑Sur Grima kienet ir‑raba’ waħda minn serje ta’ lekċers pubbliċi li qegħdin isiru l‑Bank fil‑qasam tal‑istorja ekonomika u soċjali ta’ Malta minn studjużi u riċerkaturi prominenti Maltin.

Lura lejn l-Arkivju