News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
19 ta' Lulju 2017
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat‑18 ta' Lulju 2017.
-
12 ta' Lulju 2017
Il-President ta’ Malta, fuq parir tal-Prim Ministru, skont il-provvedimenti ta’ artikolu 8(1) tal-Att tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204), approvat il-ħatra tas-Sur Alexander Demarco bħala Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja u tas-Sur Oliver Bonello bħala Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2017.
-
26 ta' Ġunju 2017
Fis-27 ta’ Ġunju 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita kommemorattiva taż €2 li turi t-tempji ta’ Ħaġar Qim.
-
16 ta' Ġunju 2017
Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ospita simpożju dwar il-kompetittività u l-isfidi fuq żmien medju f’ekonomiji miftuħa żgħar, b’enfasi speċjali fuq l-isfidi tal-Brexit.
-
15 ta' Ġunju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat-13 ta’ Ġunju 2017.