News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
24 ta' Marzu 2017
Fl-20 ta’ Jannar 2017 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ipproponiet lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tiġi rtirata l-liċenzja mogħtija lin-Nemea Bank plc (il-Bank) minħabba nuqqas ta’ progress tanġibbli fit-twettiq tar-rekwiżiti regolatorji.
-
23 ta' Marzu 2017
Diskors minn Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, waqt l-IEMed Forum: 'The Mediterranean economies in a changing world', li sar f'Barċellona fl-24 ta' Frar 2017.
-
21 ta' Marzu 2017
Diskors minn Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, waqt iċ-CEPS Forum: 'Reconstructing the Union', li sar fi Brussell fit-23 ta' Frar 2017.
-
16 ta' Marzu 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal-10 ta’ Marzu 2017.
-
09 ta' Marzu 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku ġenerali li l-passaġġ mill-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt għal Binja Ġlormu Cassar (l-Annexe tal-Bank) f’St James’s Counterguard se jkun magħluq mit-Tnejn 13 ta’ Marzu 2017 sal-Ħamis 30 ta’ Marzu 2017 minħabba xogħlijiet li qed isiru fuq il-proġett Binja Laparelli.