News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
05 ta' Mejju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ospita membri mill-Federazzjoni Bankarja Ewropea (EBF), li l-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv u tal-Bord tagħha saru f’Malta fl-4 u fil-5 ta’ Mejju 2017.
-
02 ta' Mejju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għas-sena 2016. Ir-Rapport jagħti ħarsa lejn il-politika u l-operat tal-Bank matul is-sena u jinkludi rapporti finanzjarji fid-dettall.
-
19 ta' April 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat-12 ta’ April 2017.
-
10 ta' April 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Bank Ċentrali Ewropew flimkien mexxew laqgħa ta’ Djalogu ta’ Livell Għoli dwar il-Politika bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema u dawk tal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani, inkluża t-Turkija. Il-laqgħa saret il-Ħamis 6 ta’ April 2017 ġewwa l-Belt Valletta.
-
30 ta' Marzu 2017
Il-Ħamis 30 ta’ Marzu, grupp ta’ studenti żaru l-Bank Ċentrali ta’ Malta fi Pjazza Kastilja, ġewwa l-Belt Valletta. Iż-żjara kienet parti mill-attivitajiet tal-European Money Week organizzati mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.