News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
10 ta' Marzu 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-entità li topera taħt l-isem ta’ Traderspros Invest Company Ltd, bi preżenza fuq l-internet fuq https[:]//traderspros[.]com, tidher li qed tuża l-logo tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
-
07 ta' Marzu 2022
Fit-tieni nofs tal-2021 ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 150 karta tal-euro falza, prattikament ekwivalenti għall-ammont irreġistrat matul l-ewwel nofs tal-istess sena.
-
04 ta' Marzu 2022
Matul l-2022 l-Eurosistema qed tiċċelebra l-għoxrin sena mill-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro. Bħala membru fl‑Eurosistema, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (Bank) qed ifakkar dan l‑avveniment importanti fl‑istorja tal‑integrazzjoni Ewropea. Bħala parti mill‑attivitajiet, il‑Bank qed jorganizza webinar dwar din it-tema fis‑17 ta' Marzu 2022 fis-14:30.
-
03 ta' Marzu 2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, kien parti minn panel fil-Eurofi High Level Seminar tal-2022 li sar f'Pariġi bejn it-23 u l-25 ta' Frar 2022. Is-suġġett tas-sessjoni ta' filgħodu li saret fil-25 ta' Frar kien dwar l-aħjar politika biex jiġu mmaniġġjati t-tkabbir u l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni Ewropea b'dejn pubbliku eċċessiv.
-
25 ta' Frar 2022
Il-Bank Ċentrali jixtieq javża lill-pubbliku li nhar il-Ħamis 24 ta’ Frar 2022, waħda mis-sistemi tiegħu esperjenzat problemi tekniċi fl-ipproċessar tal-pagamenti lill-klijenti tiegħu, inklużi pagamenti mis-settur pubbliku lill-benefiċjarji.