News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
24 ta' Frar 2022
L-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju juri li f’Jannar, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali baqa’ ferm ogħla mill-medja storika tiegħu għalkemm qed jinnormalizza gradwalment peress li ħafna indikaturi ekonomiċi qed jilħqu l-livelli tagħhom ta’ qabel il-pandemija.
-
17 ta' Frar 2022
Il-Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) jistenna li l-PDG ta' Malta jikber b'6.0% fl-2022, b'5.3% fl-2023, u bi 3.8% fl-2024.
-
15 ta' Frar 2022
Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tilqa’ l-aġġornament tal-Kodiċi Globali FX li sar f’Lulju 2021 u l-pubblikazzjoni ta’ materjal relatat ta’ gwida.
-
14 ta' Frar 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta (il-Korp) iffirmaw Memorandum ta' Ftehim (MoU) li jipprovdi bażi formali għal kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.
-
03 ta' Frar 2022
Il-Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l-ewwel ħarġa tar-rivista ta' kull tliet xhur għas-sena 2022, li tanalizza fid-dettall l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra minn Malta matul it-tielet kwart tal-2021.