News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
25/02/2022
Ipproċessar ta’ pagamenti lill-klijenti
Il-Bank Ċentrali jixtieq javża lill-pubbliku li nhar il-Ħamis 24 ta’ Frar 2022, waħda mis-sistemi tiegħu esperjenzat problemi tekniċi fl-ipproċessar tal-pagamenti lill-klijenti tiegħu, inklużi pagamenti mis-settur pubbliku lill-benefiċjarji.
Dawn il-pagamenti issa ġew rilaxxati u l-biċċa l-kbira tagħhom huma mistennija jgħaddu għand il-banek rispettivi sa mhux aktar tard mil-lum jew mill-jum li jmiss tax-xogħol għal xi wħud mill-benefiċjarji.
Il-Bank jesprimi dispjaċir għal kwalunkwe inkonvenjent li seta’ ġie kkawżat lill-benefiċjarji ta’ dawn il-pagamenti.
Lura lejn l-Arkivju