News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
03 ta' Lulju 2020
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta llum ippubblika test aġġornat tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta’ Pagament. Din id-Direttiva timplimenta l-provvedimenti ta’ Titoli III u IV tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (PSD2): Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tirrevoka d-Direttiva 2007/64/KE, oriġinarjament ippubblikata fid-9 ta’ Jannar 2018.
-
01 ta' Lulju 2020
Fit-13 ta’ April 2020, il-Ministeru għas-Saħħa, b’konsultazzjoni mal-Ministeru għall-Finanzi, ħareġ l-Avviż Legali (AL) 142 għall-2020, li jordna lil istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji liċenzjati mill-MFSA sabiex jagħtu moratorji fuq is-self lill-klijenti tagħhom.
-
18 ta' Ġunju 2020
Il-biċċa l-kbira tad-data rrappurtata f’din il-ħarġa tal-Aġġornament Ekonomiku tirreferi għal April 2020, meta l-miżuri ta’ trażżin relatati mal-COVID19 laħqu l-quċċata tagħhom.
-
11 ta' Ġunju 2020
Għaliex in-nisa miżżewġin kienu darbtejn aktar probabbli li jimirdu bl-influwenza Spanjola fl-1918 mill-irġiel miżżewġin? It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija waħda mill-ħafna osservazzjonijiet affaxxinanti li ser jagħmel Mario Saliba waqt lekċer pubblika virtwali.
-
10 ta' Ġunju 2020
Din is-sena, il-Bank Ċentrali ta’ Malta sponsorja Financial Literacy Challenge, li tifforma parti minn serje ta’ avvenimenti marbutin mal-European Money Week (EMW).