News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
29 ta' Lulju 2020
Fit-28 ta’ Lulju, il-Bank irreġistra każ wieħed tal-COVID-19. Malli din l-informazzjoni ġiet irrappurtata lill-maniġment fis-18:46, il-Bank ħa azzjoni immedjata u wettaq contact tracing fi ħdan il-Bank sabiex jistabbilixxi liema impjegati setgħu potenzjalment kienu f’kuntatt mal-persuna li kienet ittestjata pożittiva.
-
24 ta' Lulju 2020
Fis-27 ta’ Lulju 2020, il-Malta Coin Centre (MCC) tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita numiżmatika tal-fidda li tfakkar il-75 anniversarju minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.
-
24 ta' Lulju 2020
Fis-27 ta’ Lulju 2020, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita kommemorattiva ġdida taż-€2 li turi t-tempji preistoriċi Ta’ Skorba. Din il-munita ser tkun il-ħames minn serje ta’ seba’ muniti ddedikati għal siti preistoriċi uniċi ta’ Malta.
-
24 ta' Lulju 2020
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tielet ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur għas-sena 2020. Din l-edizzjoni tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel trimestru tal-2020.
-
23 ta' Lulju 2020
F’Ġunju, il-BCI tal-Bank Ċentrali ta’ Malta naqas bi ftit meta mqabbel max-xahar ta’ qabel, u jimplika li l-kundizzjonijiet ekonomiċi setgħu niżlu fl-iktar livelli baxxi, għalkemm jibqgħu notevolment aktar dgħajfin mill-medja storika tagħhom u komparabbli ma’ dawk fl-2009.