News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

21/12/2020

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 11 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) illum ippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 11 dwar il-Politika makroprudenzjali. Id-Direttiva Nru 11 ġiet emendata sabiex timplimenta elementi tar-reviżjoni tad-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali (CRD V) li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Bank.

Il-Bank ippubblika wkoll Avviż dwar ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika maħruġa fis-7 ta’ Diċembru 2020 dwar l-emendi proposti għad-Direttiva Nru 11, li għalqet fl-14 ta’ Diċembru 2020. Ir-reviżjoni tad-Direttiva Nru 11 tal-Bank dwar il-Politika makroprudenzjali ser tidħol fis-seħħ fit-28 ta Diċembru 2020.

Lura lejn l-Arkivju