Postijiet vakanti
Bħala parti mill‑istrateġija tal‑iżvilupp tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta b’mod regolari jistieden lill‑individwi li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali ta' livell għoli u li huma interessati f'impjieg mal‑Bank, biex jirreġistraw dan l‑interess. Il‑kwalifiki mfittxija mill‑Bank huma lawrji mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni tajba fl‑oqsma tal‑Ekonomija, l‑Ekonometrika, is‑Servizzi Bankarji u l‑Finanzi, l‑Istatistika, l‑ICT u dixxiplini relatati. Applikanti li huma interessati f'karriera fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta huma għalhekk mitluba jibagħtu bl‑email
CV dettaljat, fejn jindikaw l‑oqsma tal‑kompetenza tagħhom u l‑interessi tagħhom fir‑rigward tal‑karriera.
Kwalunkwe data personali għandha tiġi pproċessata skont ir‑rekwiżiti tal‑leġiżlazzjoni lokali u tal‑UE applikabbli dwar il‑protezzjoni tad‑data inkluż ir‑Regolament Ġenerali dwar il‑Protezzjoni tad‑Data (Regolament (UE) 2016/679) magħrufa bħala “GDPR”. Kwalunkwe data personali ser tkun viżibbli biss għal numru limitat ta' impjegati tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta u ser tintuża biss għal skopijiet ta’ reklutaġġ. Il‑perjodu ta’ żamma ta’ din id‑data personali huwa skont l‑istrateġija ta' żamma tad‑dokumenti tal‑Bank. Il-kandidati li jissottomettu applikazzjoni għal impjieg mal-Bank Ċentrali ta' Malta għalhekk qed jagħtu l‑kunsens tagħhom biex id‑data personali tagħhom tiġi pproċessata mill-bord tal-għażla maħtur rispettiv biex jevalwa l-eliġibilità tal-kandidati għall-pożizzjoni li għaliha saret l-applikazzjoni. Skont il‑GDPR, l‑applikanti għandhom dritt ta' aċċess u ta’ portabilità tad‑data personali tagħhom, kif ukoll id‑dritt li jirrettifikaw, iħassru u jirrestrinġu d‑data personali tagħhom u li joġġezzjonaw għall‑ipproċessar u kif ukoll id‑dritt li jirtiraw il‑kunsens tagħhom. Ilmenti dwar il‑protezzjoni tad‑data jistgħu jintbagħtu wkoll lill‑Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Informazzjoni u l‑Protezzjoni tad‑Data permezz tas‑sit elettroniku
www.idpc.org.mt.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa impjegatur inklussiv u jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn kandidati irrispettivament mis-sess tagħhom, l-identità tal-ġeneru, l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon, id-diżabilità jew karatteristiċi oħra.

- 721C/2025
The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Senior Market Research Analyst. To monitor, analyse and research financial markets in order to provide an outlook on financial market trends to support core functions of asset management operations through tactical benchmarking and implementation of monetary policy.
- 927/2026
The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Currency Operations Officer. To provide on-going effective euro cash services to license holders and Banking Operations Office daily, coordinating the sufficiency of fit currency stocks, monitoring the recourse period of deposits and ensuring proper reconciliation of currency stock.
- 665B/2026
The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of HR Officer. To provide comprehensive operational support across Human Resources functions, including employee benefits and welfare, payroll administration, HR recruitment and procedures, staff travel management, employee support services, and related financial and administrative processes.
- 663B/2026
The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Senior Anti-Financial Crime Officer. To establish, implement and maintain a risk-based framework in order to perform Know Your Customer (KYC), Anti-Money Laundering and Terrorist Financing (AML/TF) compliance functions, which include efficient gathering and reviewing of new client information, as well as monitoring financial transactions for existing clients to identify suspicious activities.