- Home
-
- Aġġornamenti dwar Coronavirus (COVID-19)
Aġġornamenti dwar Coronavirus (COVID-19)
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ilu bir‑reqqa jsegwi l‑iżviluppi fir‑rigward tal‑imxija tal‑coronavirus (COVID‑19). Il‑Bank ħa - u ser ikompli jieħu - il‑prekawzjonijiet kollha biex jipproteġi lill‑impjegati tiegħu, lill‑kuntratturi u l‑viżitaturi.
PREKAWZJONIJIET TA' SAĦĦA
- Il‑Bank issospenda l‑ivvjaġġar fuq xogħol u taħriġ minn u lejn Malta sakemm jinħareġ avviż ieħor.
- F'konformità mal‑pariri tal‑Organizzazzjoni Dinjija tas‑Saħħa dwar l‑importanza li jitrażżan il‑virus, il‑Bank qiegħed jipposponi laqgħat u avvenimenti mhux essenzjali biex jitnaqqas ir‑riskju tal‑imxija tal‑virus.
- Dawk li jżuru l‑Bank, inklużi l‑kuntratturi, qed jiġu mitlubin jivverifikaw li jikkonformaw mal‑linji gwida tal‑awtoritajiet tas‑saħħa fir‑rigward tal‑ivvjaġġar jew l‑esponiment possibbli tagħhom.
- B’effett mit-Tnejn, 11 ta’ Mejju 2020, il-partijiet terzi kollha li jżuru l-Bank huma ġentilment mitluba jilbsu maskra jew visor, skont l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Ser tiġi ċċekkjata wkoll it-temperatura tal-ġisem. Dan sabiex tiġi assigurata s-saħħa tiegħek u tal-impjegati tagħna. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.
- Cash poses no particular risk of infection for public (Johannes Beermann, Bundesbank)
AVVIŻI ĠENERALI
- Il-counter tal-Malta Coin Centre fil-bini prinċipali ikun miftuħ matul il-ġimgħa mit-08:30am sa 12:00pm. Qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta’ saħħa, inkluż l-ilbies obbligatorju tal-maskri. Jekk jogħġbok innota li x-xiri xorta jista’ jsir permezz tal-eshop.
- Il-Mużew tal-Flus issa hu miftuħ għall-viżitaturi fil-ħinijiet normali tal-ftuħ. Tista' wkoll iżżur il-Mużew tal-Flus virtwalment.
- Il‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta hija miftuħa għar‑riċerkaturi b'appuntament biss. Ikklikkja hawn għad‑dettalji.
- Dawk il-persuni li jinħtieġu rapport mir‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu jistgħu jagħmlu talba għalih permezz tal‑proċeduri normali u jirċivuh permezz ta' posta reġistrata jew bl‑email.
MIŻURI MEĦUDIN MILL-BANK
RIĊERKI U ANALIŻI RELATATI MAL-COVID-19
LINKS ESTERNI
Il‑Bank jinkoraġixxi lill‑pubbliku biex iżomm ruħu infurmat dwar l‑aħħar tagħrif fuq l‑imxija ta' COVID‑19, disponibbli fuq is‑sit elettroniku tal‑WHO u tal‑awtorità nazzjonali tas‑saħħa.
Aqra hawn il‑messaġġ tal‑Gvernatur lill‑pubbliku - 13 ta' Marzu 2020.
Ħafna nies li jiġu infettati jesperjenzaw marda ħafifa u jirkupraw, iżda tista' tkun aktar severa għal oħrajn. Il‑WHO tagħti parir lil kull min għandu sogħla ħafifa jew deni bi grad baxx (37.3°C jew aktar) biex joqgħod id‑dar.