News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

01/06/2020

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta joħroġ Avviż relatat mal-COVID-19 li jemenda d-Direttiva 16 dwar il-Miżuri tas-Self

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jifhem li l-imxija tal-COVID-19 ħalliet impatt negattiv fuq is-suq tal-proprjetà, bit-tbegħid soċjali jaffettwa l-proċess tax-xiri, li kkawża tfixkil fis-servizzi bankarji u notarili, kif ukoll għamel pressjoni fuq id-dħul u l-bafers ta’ flus kontanti tal-households.

Għal din ir-raġuni, il-Bank introduċa l-emendi li ġejjin.

Id-Direttiva 16 tispeċifika li dawk li riedu jixtru t-tieni proprjetà (Category II buyers) b’finanzjament minn istituzzjoni ta’ kreditu jridu jħallsu depożitu minimu ta’ 15% sat-30 ta’ Ġunju 2020. L-ammont kien ser jitla’ għal 25% mill-1 ta’ Lulju 2020 – iżda dan ser jiġi pospost b’sena għall-1 ta’ Lulju 2021.

Ix-xerrejja fil-kategorija affettwata b’din l-estensjoni huma primarjament dawk li mhumiex xerrejja għall-ewwel darba, u dawk li diġà għandhom residenza primarja. (Jekk jogħġbok irreferi għad-Direttiva 16 għad-dettalji kollha).

Il-Bank ukoll irrilassa b’mod temporanju r-restrizzjonijiet fuq il-limitu massimu ta’ 40%  fil-piż tal-ħlas lura permess minn dawk li jissellfu f’din id-Direttiva. Dan il-limitu qiegħed jiġi rilassat għal perjodu ta’ sitt xhur, sakemm dak li jissellef jista’ juri li l-qbiż ta’ dan il-limitu huwa temporanju. Din il-konċessjoni hija totalment fid-diskrezzjoni tas-selliefa.

Aqra l-Avviż sħiħ hawn

Directive 16

Lura lejn l-Arkivju