Ekonomija

Indiċi rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jsegwi l‑kundizzjonijiet tan‑negozju fl‑ekonomija Maltija. Hekk kif l‑istimi uffiċjali tal‑attività ekonomika huma maħruġa b'xi dewmien, l‑Indiċi tal‑Bank rigward il‑Kundizzjonijiet tan‑Negozju (BCI) hu mfassal sabiex jivvaluta l‑kundizzjonijiet ekonomiċi fi frekwenza għolja u f'ħin reali. L‑indiċi jimmira li jinforma lill‑utenti, b'mod ċar u f'waqtu, dwar l‑istat eżistenti tal‑ekonomija. Din il‑paġna tiġi aġġornata kull xahar, bl‑indiċi jidher fil‑ħarġa ta' kull xahar tal‑Aġġornament Ekonomiku, ir-Rivista ta' kull Tliet Xhur u r-Rapport Annwali tal‑Bank.

Il‑BCI hu bbażat fuq qafas deskritt f'Ellul, R., (2016), "A real‑time measure of business conditions in Malta," Working Paper WP/04/2016, Central Bank of Malta.

Matul iż‑żmien, il‑Bank immodifika l‑indiċi diskuss f'Ellul (2016) sabiex jissodisfa aħjar il‑ħtiġijiet tal‑utenti tal‑BCI. Irfinar u aġġornamenti sussegwenti għall‑qafas tal‑BCI huma diskussi f'dokument li jiddeskrivi l‑aġġornamenti tal‑BCI.

Updates to the BCI calculation - July 2020

Aktar informazzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-indiċi tinsab hawn.

L‑istima eżistenti tal‑BCI u arkivju bl‑indiċijiet ta' qabel jinsabu hawn taħt:

Current estimate and archive of BCI vintages
(2009kb - Last updated Tuesday, May 23, 2023 08:52)