Database Annwali Storika
Din id-database tipprovdi serje kronoloġika makroekonomika konsistenti għal Malta bl‑użu kemm jista' jkun ta' data uffiċjali. Id‑database timla nuqqas li hemm fid‑data makroekonomika Maltija, li ġeneralment ma tmurx lura aktar mis‑sena 2000 u li hija soġġetta għal numru ta' interruzzjonijiet fis‑serje. Għal perjodi fejn id‑data mhix attwalment ipprovduta mill‑korpi relevanti ta' statistika, id‑data kienet meħuda minn data uffiċjali li kienet disponibbli qabel.
Ta' min jinnota li s‑serje misjuba f'din id‑database m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala statistika nazzjonali, iżda pjuttost bħala data li għandha tintuża esklussivament għal skopijiet ta' riċerka u analiżi.
Aktar informazzjoni dwar din id-database tinsab hawn:
The evolution of the Maltese economy since independence