Database tal-PDG f'Ħin Reali
Database f'ħin reali hija ġabra ta' data vintages, fejn vintage tirrappreżenta serje kronoloġika li kienet l‑aħħar data fi żmien partikolari. Database bħal din għalhekk tipprovdi stampa tad‑data disponibbli f'ħin reali, jiġifieri d‑data li fil-fatt hija għad‑dispożizzjoni tal‑utenti fi żmien partikolari fil‑passat.
Database f'ħin reali tista' tintuża għal diversi skopijiet. Din tista' tintuża biex jiġu studjati reviżjonijiet tad‑data, biex jiġi eżaminat jekk riżultati makroekonomiċi empiriċi humiex sensittivi għad‑data vintage użata, biex jiġu evalwati azzjonijiet tal‑politika ex-post u biex jiġi evalwat it‑tbassir.
Fid‑dawl ta' dan, il‑Bank Ċentrali ta' Malta żviluppa database f'ħin reali għal Malta. Din id‑database f'ħin reali tkopri l‑prodott domestiku gross u l‑komponenti ewlenin tal‑infiq tiegħu, f'termini kemm reali u kif ukoll nominali.
Għal aktar dettalji, ara Grech, O. (2018), "An Analysis of Revisions to Maltese GDP Data", Research Bulletin 2018, Central Bank of Malta, pp. 27‑34.