Statistika

Standard Speċjali għall-Pubblikazzjoni tad-Data Plus (SDDS+)

L-SDDS Plus jibni fuq l-SDDS, u l-għan tiegħu hu li jgħin lill-pajjiżi statistikament avvanzati fl-ippubblikar ta' data ekonomika u finanzjarja komprensiva, f'waqtha u tista' toqgħod fuqha f'ambjent ta' integrazzjoni ekonomika u finanzjarja kontinwa. Fi Frar 2012, il-Bord Eżekuttiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali approva t-twaqqif tal-SDDS Plus biex jindirizza nuqqas fid-data li ġew żvelati matul il-kriżi globali. L-SDDS Plus hu l-ogħla livell fl-Inizjattivi tal-Istandards tad-Data tal-Fond u jinsab miftuħ għall-abbonati kollha tal-SDDS. Barra mir-rekwiżiti taħt l-SDDS, l-SDDS Plus jeħtieġ it-tixrid ta' disa' kategoriji ta' data addizzjonali u d-disponibbiltà ta' din l-informazzjoni fil-format SDMX.

L-SSDS Plus itejjeb id-disponibbiltà ta' statistika f'waqtha u komprensiva u b'hekk jikkontribwixxi biex tintlaħaq politika makroekonomika soda. L-SDDS Plus jistipula rekwiżiti kwalitattivi għad-data ppubblikata (kopertura, perjodiċità u puntwalità) u prattiċi li jistgħu jtejbu l-aċċessibbiltà tad-data għall-pubbliku, u l-integrità u l-kwalità tad-data ppubblikata.

Malta saret konformi mal-SDDS Plus mit-28 ta' Lulju 2023. L-indikaturi nazzjonali Maltin li huma konformi mal-SDDS Plus jiġu ppubblikati fin-National Summary Data Page (NSDP). L-NSDP tiġi aġġornata bil-kontribut tal-istituzzjonijiet nazzjonali li jipproduċu statistika uffiċjali, jiġifieri, il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Il-Kalendarju Antiċipat ta' Pubblikazzjoni, l-NSDP, il-metadata u informazzjoni relatata oħra huma aċċessibbli mid-Dissemination Standards Bulletin Board.