About Us

Il-Professur Frank Bezzina

Frank Bezzina, PhD, inħatar Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta' ħames snin b'effett mill-1 ta' Jannar 2018. Bħalissa huwa Pro-Rettur għall-Iżvilupp Internazzjonali u l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Università ta’ Malta wara li serva bħala Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy (FEMA) għal ħames snin.

Il-Prof. Bezzina jagħti lekċers fl-Applied Business Statistics, Decision and Risk Analysis, Management Science u Research Methodology. L-interessi tiegħu ta' riċerka huma varji iżda jiffukaw l-aktar fuq investigar ta' fenomeni fl-Organisational Sciences. Hu ppubblika diversi studji f'ġurnali internazzjonali riveduti mill-pari dwar maniġġ tar-riskji, governanza korporattiva, tmexxija trasformazzjonali, management ibbażat fuq l-evidenza u kunċetti żbaljati dwar statistika/metodoloġija. Fl-2012, wieħed mill-istudji tiegħu ta' riċerka ġie ppremjat l-Emerald Literati Network Highly Commended Paper Award for Excellence.  Riċentement, flimkien ma' edituri oħrajn, editja żewġ volumi (Vol. 97 u Vol. 98) fis-serje ta' kotba ta' Emerald Contemporary Studies in Economic and Financial Analysis.

Il-Prof. Bezzina hu fellow tar-Royal Statistical Society (RSS, Renju Unit), membru tal-kumitat tat-tmexxija tal-British Academy of Management's Research Methodology special interest group u jħaddan karigi ta' visiting professor f’diversi istituzzjonijiet internazzjonali li jinkludu l-Università ta' Żagreb (il-Kroazja), il-Wroclaw University of Economics and Business, (il-Polonja) u l-LM Thapar School of Management (l-Indja). 

Professor Frank Bezzina