About Us

Il-Professur Peter J. Baldacchino

Il-Professur Peter J. Baldacchino, Ph.D M.Phil. FCCA FIA CPA, inħatar Direttur tal-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Prim Ministru għat-tieni perjodu konsekuttiv ta' ħames snin, b'effett mill-14 ta' April 2018.

Il-Professur Baldacchino hu Konsulent tar-Rettur għall-Affarijiet Finanzjarji u professur fi ħdan id-Department of Accountancy, FEMA, fl-Università ta' Malta. Hu Fellow tal-Association of Chartered Certified Accountants u tal-Malta Institute of Accountants, u għandu Ph.D kif ukoll M.Phil. mill-University of Loughborough Business School. L-ispeċjalizzazzjoni tiegħu hi fil-governanza korporattiva, fl-istrateġija finanzjarja u fil-verifika interna/esterna, b'referenza partikolari għall-implikazzjonijiet fuqhom taċ-ċokon tal-istat. Hu jgħallem fi programmi ta' wara l-lawrja f'dawn l-oqsma u ħareġ diversi pubblikazzjonijiet relatati f'diversi ġurnali akkademiċi internazzjonali akkreditati. Il-Professur Baldacchino huwa wkoll membru tal-Maltese Accountancy Board u President tas-Sottokumitati tiegħu għas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità u l-Edukazzjoni. Hu wkoll Direttur mhux Eżekuttiv tal-University of Malta Group of Companies. Hu għandu esperjenza estensiva fil-governanza ta' organizzazzjonijiet kbar Maltin, inklużi gruppi u kooperattivi elenkati, b'karigi fil-passat li kienu jinkludu presidenzi u sħubijiet f'kumitati ta' verifika u ta' maniġġ tar-riskji f'entitajiet bħal dawn.

Dr Peter J Baldacchino
Fotografu: Domenic Aquilina