Approvazzjoni tas-Sistema ta’ Pagament
Ix-xiri u l-bejgħ ta' prodotti jiddependi mill-provvista ta' sistemi ta' pagament b'saħħithom. Infrastruttura tal-pagamenti mfassla tajjeb tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-swieq u tgħin biex telimina l-ostakli fil-kummerċ. Għal din ir-raġuni, sistemi ta' pagament imfassla tajjeb li jippermettu t-trasferiment affidabbli u sigur tal-fondi huma meħtieġa għall-ekonomiji tal-lum.
Il-Bank hu l-awtorità responsabbli li tissorvelja u tirregola s-sistemi ta' pagament. Kwalunkwe persuna, kemm jekk f'kapaċità legali kif ukoll personali, li bħalissa qed topera jew li għandha l-intenzjoni li topera sistema ta' pagament (kif definit fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta) f'Malta, skont l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, teħtieġ approvazzjoni u awtorizzazzjoni mill-Bank. Is-CBM Directive No. 13 tipprovdi d-dettalji u l-linji gwida meħtieġa.
Mistoqsijiet u applikazzjonijiet għal approvazzjoni u awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati hawn lill-Maniġer, Regulation and Oversight Office jew bil-posta.