Payment Systems

Monitoraġġ tar-Reżiljenza Ċibernetika

Illum l-infrastrutturi huma mħassba dwar l-attakki ċibernetiċi peress li dawn qed isiru dejjem aktar sofistikati. Sabiex tiġi indirizzata din il-problema, is-CPMI-IOSCO ppubblikaw sett ta' linji gwida għall-FMIs dwar ir-reżiljenza ċibernetika li għandhom l-għan li jidentifikaw diversi elementi li għandhom jiġu kkunsidrati mill-infrastrutturi sabiex ikun hemm reżiljenza ċibernetika soda kontra l-attakki. Dawn il-linji gwida ġew ippubblikati f'Ġunju 2016. Bl-istess mod, l-Eurosistema ppubblikat sett ta' Aspettattivi dwar is-Sorveljanza tar-Reżiljenza Ċibernetika (CROE) li jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar dak li hu mistenni meta titwettaq evalwazzjoni tar-reżiljenza ċibernetika dwar l-FMIs.

F'dan ir-rigward, il-BĊE stabbilixxa Task Force dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza dejjem tikber ta' reżiljenza bħal din fi ħdan tipi differenti ta' FMIs. It-Task Force nediet Stħarriġ tal-Eurosistema dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika biex tiddetermina t-tħejjija tal-infrastrutturi meta jiġu indirizzati l-attakki ċibernetiċi. Il-Bank iwettaq eżerċizzju bħal dan mal-FMIs nazzjonali fuq bażi regolari sabiex jevalwa aktar il-pożizzjoni tal-MSE fir-rigward tar-reżiljenza ċibernetika.