News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
14/07/2026 07:34:00
Il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil‑laqgħa tal‑kostitwenza tal‑Fond Monetarju Internazzjonali u l‑Bank Dinji f’Liżbona, il-Portugall
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta għall-Politika Monetarja, is-Sinjura Rita Schembri, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) kif ukoll uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u San Marino ltaqgħu f'Liżbona, il-Portugall, fis-6 u s-7 ta' Lulju għal-laqgħa tal-kostitwenza FMI-WBG.
Il-laqgħa kienet ospitata mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Portugall u l-Bank Ċentrali tal-Portugall.
lI-Ministru tal-Finanzi tal-Portugall, is-Sur Joaquim Miranda Sarmento, u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Portugall, is-Sur Álvaro Santos Pereira, fetħu l-konferenza.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Finanzi, l-Onorevoli Clyde Caruana, akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Finanzi, is-Sur Paul Zahra, kif ukoll id-Diretturi Eżekuttivi, is-Sur Riccardo Ercoli u s-Sur Matteo Bugamelli, li jirrappreżentaw il-kostitwenza fil-FMI u l-WBG rispettivament.
Is-suġġetti diskussi kienu jinkludu l-iżviluppi reċenti u l-isfidi futuri għall-FMI u l-WBG, l-adozzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) f'istituzzjonijiet multilaterali u banek ċentrali: proġetti u sfidi ewlenin u sfidi tal-IA fl-impjiegi.
Lura lejn l-Arkivju