News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
31 ta' Diċembru 2025
Il‑President ta’ Malta, fuq parir tal‑Kabinett tal‑Ministri, ħatar lis‑Sur Alexander Demarco bħala Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin, b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2026.
-
29 ta' Diċembru 2025
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f'Novembru, ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali baqgħet relattivament l-istess fuq ix-xahar ta' qabel u kienet f'livell qrib il-medja storika.
-
24 ta' Diċembru 2025
Il-Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta donazzjoni ta’ €2,000 lil Europa Donna Malta biex jappoġġja l-irwol kruċjali tagħha fil-promozzjoni tal-għarfien dwar il-kanċer tas-sider f’Malta u fl-għoti ta’ appoġġ lil dawk li fiequ mill-kanċer.
-
19 ta' Diċembru 2025
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) illum ippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 11 dwar il-Politika Makroprudenzjali.
-
19 ta' Diċembru 2025
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, it‑tkabbir fil‑prodott domestiku gross (PDG) reali f’Malta mistenni jimmodera minn 6.8% fl‑2024 għal 3.7% fl‑2025.