News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

24/12/2025 09:13:00

Il‑Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jippreżenta donazzjoni ta’ €2,000 lil Europa Donna Malta

Il-Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali tal-Bank Ċentrali ta' Malta ppreżenta donazzjoni ta' €2,000 lil Europa Donna Malta biex jappoġġja l-irwol kruċjali tagħha fil-promozzjoni tal-għarfien dwar il-kanċer tas-sider f'Malta u fl-għoti ta' appoġġ lil dawk li fiequ mill-kanċer.

Il-flus inġabru mill-impjegati tal-Bank waqt kampanja ta' ġbir ta' fondi li saret matul ix-xhur ta' għarfien tal-Pink October u l-Blue Movember u li laħqet il-quċċata tagħha f'ċerimonja ta' preżentazzjoni li saret fil-Bank Ċentrali ta' Malta fit-23 ta' Diċembru 2025.

Meta ppreżenta din id-donazzjoni, il‑Gvernatur qal li l-appoġġ għal inizjattivi li jsaħħu l‑komunità tagħna huma parti importanti mill‑missjoni tal‑Bank. Enfasizza li Europa Donna Malta twettaq xogħol imprezzabbli, u li l‑Bank huwa kburi li jikkontribwixxi għall‑isforzi tagħha biex ittejjeb il‑ħajja tal‑pazjenti u ta' dawk li fiequ mill‑kanċer tas‑sider. Id-donazzjoni ser tgħin lill-pazjenti, lil dawk li fiequ mill-kanċer u lill-familji tagħhom matul il-vjaġġ kollu tagħhom - mid-dijanjożi u t-trattament tal-kanċer sal-irkupru u l-ħajja lil hinn mill-marda.

Ritratt tal-Grupp

Is-Sinjura Silvianne Abela, is-Sur Antoine Scicluna, is-Sinjura Gertrude Abela,
il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna, is-Sinjura Michelle Abela, is-Sur Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju