News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
-
11 ta' Settembru 2018
It‑Tlieta 11 ta' Settembru 2018 saret lekċer pubblika ġewwa l‑Bank Ċentrali ta' Malta bit‑tema 'Welfare State - Necessity not luxury'.
-
16 ta' Awwissu 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat-8 ta’ Awwissu 2018.
-
16 ta' Awwissu 2018
Studju ta’ Dr Aaron Grech, Chief Economist fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bit-titlu “What makes pension reforms sustainable?” ġie ppubblikat fl-għaxar volum tal-ġurnal akkademiku Sustainability. L-artiklu jargumenta li sabiex ir-riformi jservu fit-tul, huwa essenzjali li jiġi adottat qafas olistiku li jħares lejn l-impatt tar-riformi kemm fuq l-għanijiet kif ukoll fuq il-limitazzjonijiet tas-sistema.
-
10 ta' Awwissu 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jipprevedi li matul it-tliet snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni li jibqa’ b’saħħtu minn perspettiva storika, għalkemm f’livelli iktar baxxi iżda iktar sostenibbli milli fl-2017.
-
10 ta' Awwissu 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika l-għaxar edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja, u jkopri l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja Maltija matul l-2017.