News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018

11/09/2018

Lekċer Pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta bit-tema ‘Welfare state – Necessity not luxury’

It‑Tlieta 11 ta' Settembru 2018 saret lekċer pubblika ġewwa l‑Bank Ċentrali ta' Malta bit‑tema 'Welfare State - Necessity not luxury'.

Il‑lekċer saret mill‑Professur Nicholas Barr FRSA, b'introduzzjoni ta' Dr Aaron Grech, Chief Economist tal‑Bank. Dr Barr hu Professur tal‑Public Economics ġewwa l‑London School of Economics and Political Science u hu Fellow tar‑Royal Society of Arts. Ħadem fil‑Bank Dinji u l‑IMF, u kien membru tal‑Global Agenda Councils tal‑Forum Ekonomiku Dinji fuq Demographic Shifts u fuq Ageing Society, u membru tal‑korpi governattivi tal‑HelpAge International u l‑Pensions Policy Institute. Kiteb 'il fuq minn għoxrin ktieb dwar l‑istat soċjali, is‑saħħa finanzjarja u l‑finanzjament għal edukazzjoni ogħla, inklużi kotba u artikli mar‑rebbieħ tal‑premju Nobel, Peter Diamond.

Fil‑lekċer tiegħu, Dr Barr spjega għaliex il‑pajjiżi - f'xi forma jew oħra - għandhom stat soċjali u pprovda erba' settijiet ta' raġunijiet: il‑ħtieġa li jiġu indirizzati l‑fallimenti tas‑suq; jinqasmu r‑riskji; jgħinu t‑tkabbir ekonomiku; u jindirizzaw it‑tħassib distribuzzjonali. Il‑Professur Barr imbagħad iddiskuta t‑tfassil tal‑istati soċjali, filwaqt li kkonsidra kif intgħażlu metodi differenti sabiex jiġu indirizzati r‑riskji tad‑dħul fil‑ħajja tax‑xogħol u fl‑irtirar, is‑saħħa, il‑ħiliet u r‑riskji soċjali. Il‑lekċer ġiet fi tmiemha b'diskussjoni dwar kif l‑aħjar tikkombina tfassil ta' sistema tajba ta' stat soċjali ma' tħassib dwar is‑sostenibbiltà fiskali.

Dan l‑avveniment kien it‑tielet minn serje ta' lekċers pubbliċi fil‑qasam tal‑ekonomija u l‑finanzi organizzati mill‑Bank sabiex ifakkar il‑ħamsin anniversarju tiegħu.

Preżentazzjoni mogħtija mill-Professur Nicholas Barr

Diskors

Lekċer Pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta bit-tema ‘Welfare state – Necessity not luxury'

Lekċer Pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta bit-tema ‘Welfare state – Necessity not luxury'

Lura lejn l-Arkivju